Attivitajiet

Tqassim tar-Rigali

Għal sena oħra l-Kummissjoni Żgħażagħ ser terġa torganiżża t-Tqassim tar-Rigali min ‘Father Christmas‘, kemm lit-tfal, kemm liż-żgħażagħ, kif ukoll, u għaliex le, lill-maħbub/a tiegħek, biex b’hekk tnissel tbissima lil dawk li huma għal qalbek. Il-ġbir tar-rigali ser isir il-Ħamis 13 ta’ Diċembru u s-Sibt 15 ta’ Diċembru mil-5.00pm ‘il quddiem u l-Ħadd, 16 ta’ Diċembru bejn l-10.00am u 12.00pm u mil-5.00pm ‘il quddiem, mis-sede tas-soċjeta’.

It-tqassim imbagħad isir l-Erbgħa u l-Ħamis 19 u 20 ta’ Diċembru  mil-5.30pm ‘il quddiem.

 

poster