Aħbarijiet

Jum In-Naxxar 2018

Waqt is-serata tal-lejla, l-artist Luciano Micallef ingħata l-għola ġieħ mil-Kunsill Lokali tan-Naxxar waqt attività li itellgħat ftit tal-ħin ilu ġewwa Villa Arrigo. Waqt din is-serata mużiċisti min-Naxxar u oħrajn li jgħatu servizz fil-lokal daqqew siltiet mużikali. L-assistent Surmast Direttur Christine Dimech kif ukoll l-għalliema tal-Klarinetti, Nathalie Cachia Bonavia, tghaw interpretazzjoni mill-aqwa fis-siltiet mużikali li ippreżentaw.

Ta’ min jgħid li waqt din is-serata sitt membri tas-soċjetà, wieħed minnhom uffiċjal tal-kumitat u żewġ membri tal-kumitat, ingħataw premju għal ħidma tagħhom, dawn huma John Muscat, Jurgen Attard, Silvano Azzopardi, Manuel Catania (ħidma mal-anzjani), Jennings Falzon u Tonio Vella.

Il-president flimkien mal-kumitat jifraħ lill-dawn in-nies kif ukoll lil dawk kollha li ngħataw dawn l-unuri, li jgħamlu ġieħ lin-Naxxar.

Ritratt: Christian Bianchi