30 Sena ta' Mużika - 2018 - 2019, Attivitajiet, Aħbarijiet

Via Pulchritudinis – Wirja ta arti tal-Artist Adonai Camilleri Cauchi

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tat-30 sena mit-twaqqif tal-banda, l-Kummissjoni Żgħażagħ ser itellgħu wirja ta’arti tal-artist renomat Adonai Camilelri Cauchi. Wieħed jibda jistaqsi il-għala wirja tal-arti bħala ċelebrazzjoni tal-mużika, u dan jista jiġi spjegat b’mod l-aktar faċli. L-arti tieħu forom differenti, kif ukoll hija ukoll forma ta espressjoni li tolqot lill kull individwu b’mod differenti u personali. Is-soċjeta’ tagħna hija waħda li għalkemm primarjament hija iffukata fuq l-arti mużikali, tħadan għal-qalba kull forma ta’ Arti oħra. F’dawn l-aħħar tletin sena, is-soċjeta tagħna mhux biss għamlet u qed tgħamel dak kollha biex tkabbar l-aspett primarju tagħha imma verament tkun ċentru ta arti. Il-mużika u l-arti imorru ħafna id f’id u għaldastant, kienet ħaġa naturali li meta qed niċċelebraw anniversarju ta’arti, ngħamlu ħilitna biex nesponu kull forma ta’ arti li hija għal qalb is-soċjeta.

Adonai Camilleri Cauchi, żgur li huwa artist li ħafna jafuh għat-talenti kbar li għandu, u għal ġidma kontinwa li hu jagħmel fis-soċjeta’ tagħna, u għaldaqstant kienet faċli immens biex nikollaboraw ma dan l-artist biex intel;għu din il-wirja li fiha ser ikunu eżebiti xogħol tiegħu biss.

Il-wirja, li ser tkun miftuha nhar l- 1 ta’ Frar tibqa’ miftuħa sas-17 ta’ Frar u dħul huwa b’xejn.

Il-ħinijiet ta ftuħ ser ikunu hekk:

 Mit-Tnejn sal- Ġimgħa – 6.00PM – 8.00PM

Ħdud – 10:00AM – 12:00PM u 6.00PM – 8:00PM

Il-Kummissjoni Żgħażagħ tixtieq tirringrazzja lil soċjetajiet kollha li qedin jikolaboraw magħna għal din il-wirja.

Aktar attivitajiet relatati maċ-ċelebrazzjonijiet tat-30 sena mit-twaqqif tal-banda ser jitħabbru aktar il-quddiem.

Poster 1.jpg