Attivitajiet, Aħbarijiet

Rikonoxximent lis-Soċjetà mill-V18

Ftit tal-ħin, waqt attività li saret ġewwa is-sala mill-isbaħ tal-Mużew tal-Arkeoloġija ġewwa l-Belt Valletta, l-Għaqda tagħna ġiet rikonoxxuta għal-irwoll tagħha waqt l-attivitajiet li saru matul din is-sena organizzati mill-Fondazzjoni Valletta 2018 b’ċertifikat u standard kommemorattiv mill-ministru tal-kultura l-Ono. Dr. Owen Bonnici. Grazzi għal ħidma mill-Għaqda Każini tal-Banda ippreseduta minn Dr. Noel Camilleri, l-għaqda tagħna setgħet tkun parti minn din iċ-ċelebrazzjoni kulturali u artistika.

Ritratti: Kurt Grech