Attivitajiet

Il-Banda b’żewġ proġetti oħra

Il-banda tgħana bdiet il-festi tal-Milied b’aħbar mill-isbaħ hekk kif iż-żewġ proġetti li hi daħlet għal-fond mill-Aġenzija Żgħażagħ  u l-Għaqda Każini tal-Banda biex inkomplu naħdmu fuq it-tgħalim tal-mużika għaż-żgħażagħ ġew aċċetati.

F’wieħed mil-proġett l-iSkola tal-mużika ser tkompli taħdem biex tkompli ittejjeb is-servizzi tagħha fl-iskola stess kif ukoll tixtri strumenti li huma essenzjali għal-formazzjoni bandistika tagħna imma li sfortunatemnt ftit hawn min idoqqom fil-waqt li fit-tieni proġett, l-Banda ser tkun qed tifforma skambju mill-isbaħ u okkażżjoni ferm interessanti għal mużiċisti tagħna hekk kif ser tingħaqad ma erba’ baned oħra li huma l-Għaqda Mużikali San Leonardo – Ħal Kirkop, 12th May Band & Social Club, Ħaż-Żebbuġ, Għaqda Mużikali Santa Marija – Qrendi u l-Għaqda Mużikali Sagra Familgia – Kalkara. Aktar informazzjoni dwar dan il-proġett li huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu ġewwa pajjiżna, ser jinħarġu fil-bidu tas-sena il-ġdida.

Dan ikompli juri l-impenn sħiħ li l-Għaqda tagħna għanda għal-mużika u l-kultura maltija, u ta dan aħna bil-bosta kburin.