Is-sena li għada kif għaddiet ġabet magħha ħafna suċċessi kif ukoll ftit rimors, imma żgur li imlietna b’kuraġġ u sodisfazzjon biex is-sena li għada kif bdiet tkun waħda memorabbli, hekk kif l-anniversarju tat-30 sena mit-twaqqif tal-banda tagħna ser ikun prominentti fl’attivitajiet tagħna li ser ikunu ikonċentratti aktar fuq il-mużika. Din is-sena ukoll ser inkunu qed niċċelebraw l-10 sena min meta ikomemorajna il-faċċata dekorattiva tal-każin.
Għaldaqstant il- President, l-Onorevoli Dr. Michael Farrugia, il-kumitat ċentrali, il-kummissjonijiet fi ħdanu u l-iskola tal-mużika “George Vella” jixtiqu jawguraw is-Sena it-Tajba lill-membri u segwaċi tal-Għaqda tagħna u lill kulħadd.
Komplu segwu din il-paġna u is-sit tas-soċjeta għal aktar informazzjoni fuq l-attivitajiet li ser ikollna matul din is-sena ċelebrattiva għal għaqda tagħna.