30 Sena ta' Mużika - 2018 - 2019, Attivitajiet, Aħbarijiet

Classics at the Museum

Il-Banda Vittorja ser itellgħa program mużikali b’uħud mill-aktar mużika impenjattiva nhar is-Sibt 9ta’ Marzu ġewwa il-Mużew tal-Arkeoloġija ġewwa il-Balt Kapitali Valletta.

F’dan il-program, kif jixhed ismu, ser jindaqqu siltiet minn diversi kompożituri kbar bħal Ravel, Dvorak, Profokiev u l-mibki Professur Joseph Vella. Flimkien mal-Banda Vittorja, ser tingħaqad is-Sopran żagħżugħa Francesca Aquilina, li studjat ġewwa ir-Royal Welsh College of Music & Drama u hija waħda mis-soprani emerġenti Maltin.

Ma jonqosx, li l-banda ser tkun taħt id-direzzjoni tad-Direttur Mużikali tagħha, Roderick Buġeja,  b’ Nathalie Cachia Bonavia bħala band leader.

Il-program ser jibda fis-7:30pm ġewwa il-Gran Salon Hall ta l-istess mużew. Din is-sala hija wħda mill-aktar artitiċi ġewwa Malta b’akkustika mill-aqwa.

Id-Dħul għal dan il-kunċert huwa ta €6 u il-biljetti għalih jistgħu jinkisbu mis-sit showshappening.com. Il-qliegħ kollhu ser jkun utilizat biex inkomplu inkabru il-programm edukattiv ġewwa l-iskola tal-mużika tas-soċjeta.

Biljetti għat-trasport min-Naxxar jistgħu jinkisbu billi tikuntatjaw membri tal-kumitat.

 

POSTER 9march.jpg