Attivitajiet, Aħbarijiet

Seduta Ġenerali u Nominazzjonijiet għal-Kumitat 2019-2021

Is-Seduta Ġenerali sejra ssir nhar il-Ħadd 24 ta’ Marzu, 2019 fl-10.00 ta’ filgħodu. Jekk ma jkunx hemm quorum, is-seduta tibda kwarta wara, bil-membri preżenti.

AĠENDA
Diskors mill-President
Qari ta’ Minuti
Rapport Amministrattiv u diskussjoni
Rapport Finanzjarju u diskussjoni
Ħatra tal-Membri tal-Kumitat
Mozzjonijiet
Għeluq mill-President

Nominazzjonijiet għall-karigi għall-Kumitat jibqgħu jiġu milqugħa sa nhar il-Ħadd, 17 ta’ Marzu 2017, f’nofsinhar. Billi fis-seduta jingħataw informazzjonijiet importanti u jittieħdu deċiżjonijiet li jorbtu lis-Soċjetà għall-futur, kull membru għandu jkun żgur li ma jonqosx.

 

Infakkru

 

  • Il-ħlas tas-sħubija għas-sena 2019 beda jsir.  Dan huwa ta’ €8 fis-sena. Inħeġġu lil min waqa’ lura biex jirregolarizza ruħu.

 

  • F’każ ta’ elezzjoni għall-ħatra ta’ membri fis-seduta tat-24 ta’ Marzu 2019, ikollhom dritt jivvutaw biss dawk il-membri li jkunu regolari fil-ħlas tal-menswalità.