Attivitajiet, Aħbarijiet

Yeshua – Fid-dell tal-ħarsa tiegħu

Għat-tielet sena konsekuttiva, f’dawn il-jiem sagri tal-Ġimgħa Mqaddsa, għaddejja esebizzjoni artistika u kontemplattiva mill-artist Naxxari Jennings Falzon. Bħal kull sena din il-wirja qed tittella’ fis-Sala “Toni Catania” ġewwa is-sede tas-soċjetà, fejn din is-sena qed iġġib l-isem ta’ “Yeshua – Fid-dell tal-ħarsa tiegħu”.

Din l-esebizzjoni nfetħet propju nhar il-Ħamis 11 ta’ April bis-sehem tal-Banda Vittorja fejn indaqqu diversi marċi funebri. F’din il-wirja qed ikun espost diversi xogħlijiet ta’ skultura, statwetti, dioramas u pitturi fost esebiti ohra. F’din il-wirja tispikka l-originalità u l-awtentiċità b’xogħlijiet ta’ materjal riċiklat u varjetà fl-artistrija.

Għal darb’oħra, tista’ tgħid li qed tiġi esebita wirja unika oħra li ħadd ma għandu jitlef. Għal daqstant nħeġġu l-pubbliku sabiex f’dawn iż-żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa, jżur din l-esebizzjoni artistika.

Ħinijiet tal-Ftuħ:

Mill-11 ta’ April sal-21 ta’ April

Fost il-ġimgħa:
6.00 p.m. – 9.00 p.m.

Ħadd il-Palm u l-Ġimgħa l-Kbira:
9.00 a.m. – 12.00 p.m.
5.30 p.m. – 9.00 p.m.

Ħadd il-Għid:
9.00 a.m. – 12.00 p.m.