Aħbarijiet

Terġa’ tintrama l-faċċata għall-Ġimgħa Mqaddsa

Illum, nhar l-Erbgħa tat-Tniebri, reġgħet intramat il-faċċata unika u mill-isbaħ li s-soċjetà tippossedi għal dawn il-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa. Din hija t-tieni darba li din il-faċċata qed tintrama, wara li ġiet imżanżna proprju s-sena l-oħra.

Ta’ min isemmi li dan l-armar ġie kkummissjonat mill-Kummissjoni Żgħażagħ u sar b’reqqa kbira mis-Sur John Muscat bl-għajnuna ta’ voluntiera oħra.

Kif jixhed dan ir-ritratt, din il-faċċata mill-isbaħ hija l-ewwel waħda tax-xorta tagħha fil-gżejjer Maltin u għal daqstant inħeġġu l-poplu inġenerali biex jiġi jittawwal u japprezza dan ix-xogħol artistiku.

Fl-istess waqt infakkru li fis-swali tas-soċjetà għaddejja esebizzjoni ta’ arti sagra mill-artist Naxxari Jennings Falzon. Għal aktar informazzjoni dwar il-ħinijiet tal-ftuħ tal-wirja, għafas hawnhekk.