Attivitajiet, Aħbarijiet

Attività mill-Għaqda Kulturali Wirt Naxxari

Nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Mejju fis-7.00 p.m. ser issir attività mill-Għaqda Kulturali Wirt Naxxari, fis-sala ‘8 Ta’ Settembru’ ġewwa s-sede tas-soċjetà tagħna. Din l-attività ser tkun dwar id-djalogi tal-qassis poeta Naxxari Dun Anton Xiberras. Ta’ min isemmi li l-mibki Dun Anton Xiberras kien propju l-persuna li kitbet il-kliem tal-kantata mill-isbaħ bl-isem ta’ “Bi Twelidek Rebbaħtna”.