Attivitajiet, Aħbarijiet

Ikla Suċċess – Grazzi mill-Kummissjoni Żgħażagħ

Il-Kummissjoni Żgħażagħ tirringrazzja mill-qalb, lil kull min ilbieraħ attenda għal-Lejla Maltija li saret fi Triq Santa Luċija quddiem is-sede tas-soċjetà – attività li għal darb’oħra kienet ta’ suċċess kbir. Grazzi talli attività wara attività, tgħinu lil din il-kummissjoni bil-preżenza tagħkom.

Il-Kummissjoni Żgħażagħ tixtieq tieħu din l-opportunità biex terġa’ turi l-apprezzament tagħha lejn l-isponsors li mingħajrhom żgur l-ikla tal-bieraħ ma kinetx tkun possibli. Grazzi mill-ġdid!