Attivitajiet, Aħbarijiet

BBQ Fi Triq Santa Luċija

Il-Kummissjoni Żgħażagħ għal darb’oħra ser torganiżża BBQ ġewwa t-triq ta’ Santa Luċija, nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Ġunju. Dan il-BBQ jinkludi fih Appetizers, għażla ta’ Majjal, Cuberoll jew Tiġieġ u deżerta fl-aħħar – kollox għal donazzjoni ta’ €15.

Apparti Appetizers u deżerta, għat-tfal ser ikollna l-Burgers – dan għal donazzjoni ta’ €8.

Wieħed jista’ jirriżerva post kif ukoll l-għażla tal-ikel tiegħu, billi jagħmel kuntatt ma’ wieħed jew waħda mill-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Inħeġġiġkom tattendu għal din l-attività, ħalli għal darb’oħra ngħinu liż-żgħażagħ Vittorjani jkompli jkabbru l-festa ad unur Marija Bambina!