Attivitajiet, Aħbarijiet

BBQ Suċċess – Grazzi mill-Kummissjoni Żgħażagħ

Il-Kummissjoni Żgħażagħ tirringrazzja mill-qalb, lil kull min nhar il-Ġimgħa li għadda attenda għal-BBQ li sar fi Triq Santa Luċija quddiem is-sede tas-soċjetà – attività li għal darb’oħra kienet ta’ suċċess. Nixtiequ nuru l-apprezzament tagħna talli attività wara attività, tkomplu tgħinuna bil-preżenza tagħkom.

Il-Kummissjoni Żgħażagħ tixtieq tieħu din l-opportunità ukoll biex terġa’ turi l-apprezzament tagħha lejn l-isponsors li mingħajrhom żgur din l-attività ma kinetx tkun possibli. Grazzi mill-ġdid!

Għal aktar ritratti, agħfas hawn.