Aħbarijiet

Is-Soċjetà b’Arkivju Diġitali

F’dawn l-aħħar ġimgħat u anke xhur, kienet għaddejja ħidma sħiħa sabiex jinġabru ritratti, vidjows, u anke dokumenti fost oħrajn, li huma relatati mas-soċjetà tagħna. Din il-ħidma saret sabiex issa s-soċjetà tista tgħid li tippossedi arkivju diġitali, fejn ritratti, posters, vidjows, grafika u anke dokumenti diġitali relatati mal-każin, qegħdin miġbura f’post wieħed u jistgħu jintużaw faċilment mill-membri tal-Kumitat Ċentrali.

Ta’ min isemmi, li dan kollu żgur ma kienx ikun possibli mingħajr l-inizzjattiva u l-ħidma kbira tas-Sur Christian Bianchi, fejn apparti li ġabar u organizza strutturalment il-kontenut ta’ dan l-arkivju, iddiġitallizza numru ta’ ritratti antiki li s-soċjetà kienet tippossedi fl-arkivju tagħha.

F’dan il-mument, nixtiequ nirringrazzjaw u nuru l-apprezzament tagħna lejn dawk kollha li b’xi mod jew ieħor ħadu sehem f’dan il-proċess ta’ arkivjar billi għaddewlna l-kontenut li kellhom relatat mas-soċjetà tagħna. Ta’ dan, ngħidulkom grazzi mill-qalb!

Fl-aħħarnett, nixtiequ ngħamlu appell biex min għandu xi kontenut sinonimu mas-soċjetà tagħna jew mal-festi preċedenti u jixtieq jgħaddiehom lill-każin, jista’ jgħamel dan billi jikkuntatja lil xi membru mill-Kumitat Ċentrali.