Attivitajiet, Aħbarijiet

Majjalata b’Serata ta’ Għana b’risq ix-xogħol tad-Dilettanti tan-Nar

Nhar is-Sibt, 3 t’ Awwissu, ser issir attività oħra, din id-darba b’risq il-ħidma tad-dilettanti tan-nar fi ħdan is-soċjetà tagħna għall-festa 2019. Dakinhar, sħabna tan-nar ser ikunu qed jorganizzaw majjalata ġewwa l-bitħa tal-Oratorju mit-8.00 p.m. ‘il quddiem. L-ikla tinkludi appetizers, starter, platt bil-majjal u l-patata l-forn u deżerta – kollox għal-donazzjoni ta’ €15. Min irid, ser ikun hemm għażla ta’ tiġieġ minflok il-majjal.

Dakinhar, is-serata ser tkun allegra bl-għana fejn ser jingħaqdu magħna l-għannejja Jesmond il-Kalora, Id-Dani, Anġlu l-Kina, Żeppi u Żaren iż-Żebbuġin u Żuru tal-iMġarr, u l-kitarristi Ronnie u sħabu.

Wieħed jista’ jirriżerva post, billi jagħmel kuntatt ma’ wieħed mid-dilettanti tan-nar. Inħeġġiġkom tattendu għal din l-attività, ħalli nkomplu ngħinu lill-sħabna tan-nar jkabbru l-festa ad unur Marija Bambina!