30 Sena ta' Mużika - 2018 - 2019, Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2019

Quddiesa Solenni – 27 t’ Awwissu

Il-Banda Vittorja ser tkun qed tiftaħ l-impenji tagħha għal festa ta’ din is-sena, nhar is-27 t’ Awwissu. Il-Banda Vittorja taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Roderick Bugeja, ser tkun qed takkumpanja quddiesa solenni f’għeluq it-30 sena mit-twaqqif tal-Banda, immexxija mill-E.T. Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona fil-Knisja Arċipretali u Arċimatriċi tan-Naxxar, taħt il-patronċinju tal-President Emeritus Dr. Ugo Mifsud Bonnici.

Mal-banda, ser jingħaqdu l-Korijiet Naxxarin Jubilate Deo u Pueri Cantores Jubilate Deo taħt id-direzzjoni ta’ Christopher Muscat u Daniela Ellul rispettivament, li flimkien ser jesegwixxu l-Messa Solenne Sancte Joseph ta’ Joseph Fenech.

Narawkom!