30 Sena ta' Mużika - 2018 - 2019, Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2019

Xahar qabel il-Marċ il-Kbir!

Il-marċ tas-6 ta’ Settembru huwa ferm importanti għall-Banda Vittorja. Dan peress li proprju minħabba dan il-marċ, li l-Banda Vittorja taf il-bidu tagħha. Kien proprju f’dan il-jum madwar 33 sena ilu, li s-soċjetà ħadet deċiżjoni li twaqqaf l-apatija ta’ dak iż-żmien u tgħamel dak li ħaddieħor ma baqax jgħamel, dik li tkun soċjetà li tkabbar u tindokra l-festa ad unur Marija Bambina.

Mhux ta’ b’xejn li dan il-marċ huwa l-iktar wieħed imfittex u meqjus bħala l-ikbar wieħed fil-belt tagħna n-Naxxarin!

Għaldaqstant nistiednu lil kullħadd jattendi għall-akbar marċ brijuż fin-Naxxar, fejn umbagħad issegwi ħarqa spettakolari ta’ nar tal-art mekkanizzat u sinkronizzat.