30 Sena ta' Mużika - 2018 - 2019, Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2019

Xahar qabel id-Demostrazzjoni bl-iStatwa ta’ Marija Bambina

Illum ninsabu proprju xahar qabel id-demostrazzjoni li s-soċjetà tgħamel bix-xbieha grazzjuża ta’ Marija Bambina – xogħol mill-isbaħ tal-istatwarju Michael Camilleri Cauchi, b’pedestall li huwa replika leali tal-pedestall l-antik tal-istatwa titulari u maħdum u indurat mill-artist Naxxari John Muscat.

Dakinhar il-Banda Vittorja tibda ddoqq marċ minn Triq is-Sejjieħ, li jkompli f’Triq Giuseppe Stivala, Leli Falzon, Minfaħ, San Ġorġ u jipprosegwi fl-inħawi ta’ wara l-knisja minn Triq l-Oratorju għal Triq il-Parroċċa. Fit-8.30pm il-banda tasal f’Misraħ ir-Rebħa fejn tingħaqad max-xbieha tal-Bambina u tipprosegwi lejn Vjal il-21 ta’ Settembru, Triq Żenqa u tintemm fi Triq Santa Luċija quddiem is-sede tas-soċjetà għall-ħabta tal-10.30pm.

Inħeġġukom tingħaqdu magħna għal din id-demostrazzjoni ad unur Marija Bambina.