30 Sena ta' Mużika - 2018 - 2019, Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2019

Festa Tfal – 1 ta’ Settembru

Għar-raba’ sena konsekuttiva ser tiġi organizzata l-Festa Tfal – attività li issa daħlet sew fil-kalendarju tas-soċjetà. Tajjeb li ngħidu li s-soċjetà tagħna kienet il-pijuniera biex ħolqot din l-attività hekk sabiħa u popolari mat-tfal fejn sena wara sena dejjem kienet ta’ suċċess kbir.

Din is-sena, proprju nhar il-Ħadd l-1 ta’ Settembru fil-5.30pm, ser isir marċ qasir mit-tarf ta’ Triq Santa Luċija min-naħa ta’ Triq San Ġwann sal-kappella ta’ Santa Luċija, fejn umbagħad inkomplu b’purċissjoni sa’ quddiem il-każin fejn it-tfal ikollhom l-opportunità li jerfgħu l-istatwa ż-żgħira ta’ Marija Bambina – statwa mill-isbaħ u li tista’ tgħid, hija l-għaxqa tan-Naxxarin fejn verament serqet il-qlub mill-ewwel darba li ġiet fostna.

Għalhekk inħeġġu lil ġenituri jingħaqdu magħna flimkien ma’ uliedhom, ħalli flimkien nifirħu u nferrħu f’din il-festa ddedikata lit-tfal.

Wara, għal ħabta tas-6.45pm, it-tfal ikollhom festin b’divertiment, ikel, rigali u ħafna aktar sorpriżi. Biljetti ta’ €8 għal festin, jistgħu jinkisbu mill-bottegin tas-socjetà jew mingħand Marica Borg fuq 99844302. It-tfal li jinkitbu għall-festin, ser jingħataw flokk komemorattiv biex ikunu jistgħu jattendu bih, għalhekk importanti li ma tħallux għall-aħħar biex tibbukjaw.