30 Sena ta' Mużika - 2018 - 2019, Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2019

Kunċert Vokali u Strumentali – 2 ta’ Settembru

Nhar it-Tnejn, 2 ta’ Settembru, il-Banda Vittorja taħt id-direzzjoni tas- Surmast Direttur Roderick Bugeja, ser tkun qiegħda ttella’ il-wieħed u għoxrin edizzjoni tal-kunċert vokali u strumentali fl-okkażjoni tal-festa titulari u nazzjonali ta’ Marija Bambina.

Kien proprju nhar id-19 ta’ Settembru tas-sena 1998 li sar l-ewwel programm mużikali minn din il-banda żagħżugħa fl-okkażjoni tal-festa. Dik is-sena l-festa ġiet posposta għas-27 ta’ Settembru minħabba li kienet saret l-elezzjoni fil-5 ta’ Settembru. Nistgħu ngħidu li minn dakinhar l’hawn għalkemm iċċaqlaq minn quddiem is-sede tas-Soċjetà għall-pjazzetta storika li tinsab wara l-Kappella ta’ Santa Luċija, dan il-kunċert baqa’ dejjem jikber u daħal b’mod permanenti fil-kalendarju tal-Banda Vittorja.

Apparti l-fatt li qed niċċelebraw it-30 sena mit-twaqqif tal-banda, dan il-kunċert ser ikun wieħed tassew speċjali għas-soċjetà tagħna, minħabba li ser ninawguraw id-dekorazzjoni u l-induratura tal-istatwa tagħna ta’ Marija Bambina.