30 Sena ta' Mużika - 2018 - 2019, Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2019

Marċ taż-Żgħażagħ – 4 ta’ Settembru

Għal dawn l-aħħar snin, il-jum tal-Ewwel Tridu sar sinonimu maż-Żgħażagħ Vittorjani. Dan għaliex f’dan il-jum naraw il-frott tax-xogħol li tgħamel il-Kummissjoni Żgħażagħ matul is-sena. L-ewwel ikollna marċ fejn sena wara sena il-briju ta’ dan dejjem qed jiżdied, umbagħad wara bl-għajnuna tad-dilettanti tan-nar, isir il-‘Victory – PyroMusical Show’.

Dakinhar, il-Banda Vittorja tibda l-marċ minn quddiem is-sede tas-soċjetà fit-8.30pm u tgħaddi minn Triq l-Ifran, Vjal il-21 ta’ Settembru, Triq l-Għenieq, mdwar il-bini tal-gvern u l-inħawi tas-Sgħajtar, għall- Vjal il-21 ta’ Settembru, Triq Żenqa u Triq Santa Luċija. Għal ħabta tal-10.00pm il-marċ joħloq il-qofol tiegħu fejn mistenni jasal quddiem il-każin u jibqa’ sejjer sa Misraħ ir-Rebħa bil-briju li jafu jgħamlu ż-żgħażagħ tagħna.