Attivitajiet, Aħbarijiet

Kors fl-immudellar ta’ presepju artistiku

Wara s-suċċess li nkiseb is-sena l-oħra bil-kors fuq ix-xenografija teatrali, din is-sena ser isir kors fuq għaxar ġimgħat għal addoloxenti bejn 10 u 16-il sena fuq l-immudellar ta’ presepju artistiku, mill-artist Naxxari Jennings Falzon.

Jennings Falzon huwa rebbieħ ta’ diversi premijiet artistiċi fuq livell nazzjonali u dan l-kors ser jgħin biex propju nħeġġu aktar żgħażagħ jinvestu l-ħin tagħhom fl-arti.

Kull sessjoni ddum madwar sagħtejn bejn il-5:30pm  u s-7:30pm.

Kull sessjoni tiswa €10 u l-materjal ikun provdut.

L-ewwel sessjoni ser issir nhar l-Erbgħa, 2 ta’ Ottubru ġewwa l-każin.

Applika hawn taħt biex tkun tista tattendi dan il-kors.

Għal aktar informazzjoni ċemplu lil John Paul Muscat fuq 79906652.

 

 

poster.jpg