Attivitajiet, Aħbarijiet

Ġurnata Għawdex mal-Kummissjoni Banda

Il-Kummissjoni Banda qed torganizza ġurnata Għawdex fl-10 ta’ Novembru, fejn ser inkunu qed inżuru l-Mużew tal-Ġugarelli u l-Għar ta’ Ninu fost oħrajn, u kif ukoll nisimgħu quddiesa fil-Knisja tax-Xagħra. Tluq tal-private minn fejn il-Kunsill Lokali tan-Naxxar fis-7.00am. Għal ħabta ta’ nofsinhar, inmorru nieklu ġewwa l-Lantern Restaurant f’Marsalforn. Il-prezzijiet imsemmija jinkludu wkoll it-trasport u l-vapur.

  • Kbar: Donazzjoni €28
  • Anzjani: Donazzjoni €23
  • Tfal: Donazzjoni €20

Tistgħu tirriservaw post ma’ xi membru tal-Kummissjoni Banda jew dirett ma’ Marica Borg fuq 99844302. Inħeġġukom tattendu!