Attivitajiet, Aħbarijiet

Pizza Night b’risq ix-xogħol tad-Dilettanti tan-Nar

Id-Dilettanti tan-Nar tas-soċjetà tagħna ser jorganizzaw Pizza Night fil-Każin Vittorja, nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru. Għal donazzjoni ta’ €13 biss, ser ikun hemm Bruschetta u Focaccia bħala appetizers, pizza flimkien ma’ tazza inbid u deżerta fl-aħħar.

Pizez ser ikollna:

  • Funghi
  • Chicken bil-Bacon
  • Capriciosa
  • Pepperoni
  • Margherita

Wieħed jista’ jirriżerva post u l-għażla tal-Pizza tiegħu, billi jagħmel kuntatt ma’ wieħed mid-dilettanti tan-nar. Inħeġġukom tattendu għal din l-attività, ħalli nkomplu ngħinu lill-sħabna tan-nar jkomplu jkabbru l-festa ad unur Marija Bambina!