Attivitajiet, Aħbarijiet

Vive La France – Talent Żagħżugħ 2019

Għal darb’oħra, il-Kummissjoni Banda flimkien mal-iSkola tal-Mużika ‘George Vella’ ser ikunu qed itellgħu l-kunċert ferm popolari u mistenni, it-Talent Żagħżugħ, din is-sena bit-tema ‘Vive La France’!

Sena wara sena, dan il-kunċert dejjem rajnieh jikber kemm fl-aspett mużikali kif ukoll fl-aspett ta’ arti u xenarju teatrali. Nistgħu ngħidu li din is-sena wkoll ser ikollna mużika mill-aqwa bil-Banda Żgħażagħ tkun taħt id-direzzjoni mużikali tal-Assistenta Surmast Direttur tal-Banda Vittorja, Christine Dimech. 

Il-kunċert ser isir nhar is-Sibt, 23 ta’ Novembru ġewwa t-Teatru tal-Oratorju fin-Naxxar u jibda fis-7.30 p.m. Inħeġġukom tattendu!

Poster: Karl Borg