Attivitajiet, Aħbarijiet

Christmas Buffet Dinner

Attivitá oħra li daħlet fil-kalendarju tas-soċjetà fiż-żminijiet tal-Milied, hija l-Christmas Buffet Dinner, li l-Kumitat jorganizza biex flimkien mal-membri u dawk kollha preżenti, nagħtu l-awgurju lil xulxin filwaqt li nieklu u nieħdu pjaċir bil-preżenza ta’ xulxin.

Din is-sena, dan il-buffet dinner ser isir ġewwa s-Seashells Resort fil-Qawra, nhar is-Sibt 7 ta’ Diċembru, mis-7.30 p.m. ‘il quddiem.

Il-prezz huwa ta’ €25 għal kbar, u €15 għaż-żgħar. Il-prezz jinkludi l-ikel kif ukoll ‘open-bar’ ta’ birer, inbid u ‘softdrinks’ fost oħrajn. Min jixtieq ser nipprovdu t-transport għal prezz ta’ €2.

Biex tirriservaw post, tistgħu tkellmu lil barman, jew lil xi membru tal-Kumitat. Jekk xi ħadd għandu ‘special dietary requirements’, nitolbukom tinfurmawna minn qabel.