Attivitajiet, Aħbarijiet

The Nativity – Wirja ta’ Presepji

The Nativity hija wirja ta’ presepji, li s-socjetà ser tkun qed ittella’ fiż-żminijiet tal-Milied, b’numru ta’ presepji ta’ kull għamla u xorta esebiti fis-swali tal-każin. Uħud minn dawn il-presepji huma proprju dawk li qed jiġu maħduma fil-kors li għaddej bħalissa, fuq l-‘Immudellar ta’ Presepju Artistiku’, imtella’ mill-artist Naxxari Jennings Falzon.

Il-ftuħ ta’ din l-esebizzjoni ser isir nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Diċembru fis-7.30 p.m. fejn isir diskors tal-okkażjoni mill-President, tberik tal-wirja u wara riċeviment għall-membri u dawk mistiedna.

Ħinijiet tal-Ftuħ

Mit-Tnejn sas-Sibt
mill-5.00 p.m. sad-9.00 p.m.

Ħdud u Festi
mill-10.00 a.m. sa’ 12.00 p.m.
u
mill-5.00 p.m. sad-9.00 p.m.

Il-wirja ser tibqa miftuħa sa’ lejliet l-Epifanija, iġifieri sal-Ħadd 5 ta’ Jannar.

Poster – Karl Borg