Attivitajiet, Aħbarijiet

Party tal-Milied għat-Tfal

Għal darb’oħra s-soċjetà tagħna ser tkun qed torganizza il-party għat-tfal f’dawn iż-żminijiet ferrieħa tal-Milied. Dan ser isir nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Diċembru mill-5.15 ‘il quddiem, fejn ser ikun hemm diversi logħob, mużika, ikel, ‘Magic Show’, u diversi rigali sbieħ għat-tfal kollha mingħand Santa Klaws!

Għall-donazzjoni ta’ €8, il-bookings jistgħu jsiru mingħand Marica Borg fuq 99844302 jew inkella tistgħu tiġbru l-biljetti mill-bottegin tas-soċjetà.