Attivitajiet, Aħbarijiet

Milied Malti fin-Naxxar – 2019

Ta’ kull sena waqt l-attività organizzata mill-Kunsill Lokali, il-Kummissjoni Żgħażagħ ikunu minn ta’ quddiem biex itellgħu stands quddiem is-sede tas-soċjetà, adattati u relatati ma’ dawn iż-żminijiet ferrieħa tal-Milied.

Filfatt din is-sena, nhar is-Sibt 21 u l-Ħadd 22 ta’ Diċembru, waqt l-attività bl-isem ta’ Milied Malti fin-Naxxar, iż-żgħażagħ tas-soċjetà ser ikollhom stands b’ħelu ‘homemade’ tal-Milied u xarbiet sħan għall-bejgħ, kif ukoll sezzjoni fejn tfal ċkejknin jisgħu jieħdu ritratt ma’ Santa Klaws fil-‘workshop’ tiegħu u sezzjoni oħra għall-‘face-painting’.

Għalhekk nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġejjin, ingħaqdu magħna quddiem il-każin għal atmosfera ferrieħa tal-Milied.

Teaser video:
https://www.facebook.com/bandavittorja/videos/3155500764477715/

Poster – Karl Borg