Attivitajiet, Aħbarijiet

L-iSkola tal-Mużika ‘George Vella’ tiftaħ s-sena skolastika b’sensiela ta’ kunċerti

Fi tmiem din il-ġimgħa, l-iSkola tal-Mużika ‘George Vella’ ser tkun qed itella’ tlett kunċerti qosra fis-sala ewlenija tal-każin. Dawn il-kunċerti ser ikunu qed iservu bħala pjattaforma fejn l-istudenti tal-mużika tagħna jkunu jistgħu jesponu u juru l-kapaċitajiet u t-talenti mużikali tagħhom quddiem udjenza.

Nhar is-Sibt 11 ta’ Jannar, ser ikollna żewġ kunċerti. Fl-4.00 p.m. kunċert imtella’ mill-istudenti tal-kurunetta, u fis-7.00 p.m. kunċert imtella’ mill-istudenti tas-sassofonu u l-pjanu. L-għada l-Ħadd 12 ta’ Jannar, fl-4.00 p.m. ikollna l-aħħar kunċert imtella’ mill-istudenti tal-klarinet u l-flawt.

Inħeġġukom tattendu biex bħal dejjem nagħtu s-sapport lil futur tal-Banda Vittorja!

Poster – Daniel Vella