Aħbarijiet

Dun David Gauci – Direttur Spiritwali ġdid tas-soċjetà

Bi pjaċir inħabbru li l-W. R. Arċipriet Dun David Gauci nħatar bħala d-Direttur Spiritwali l-ġdid tas-soċjetà tagħna. Flimkien mal-Kumitat, ix-xewqa tad-Direttur Spiritwali hija li nrawwmu l-valuri Kristjani fiż-żgħażagħ u l-membri tas-soċjetà tagħna. Minn qalbna nifirħulu u nwegħduh li ħa ngħinuh fil-missjoni tiegħu.