Attivitajiet

Grazzi mid-Dilettanti tan-Nar

Id-Dilettanti tan-Nar fi ħdan is-soċjetà tagħna jirringrazzjaw mill-qalb, lil kull min ilbieraħ attenda għal-Pasta Night li saret fil-bottegin tal-każin – attività li għal darb’oħra kienet ta’ suċċess. Nixtiequ nuru l-apprezzament tagħna talli attività wara attività, tkomplu tgħinuna bil-preżenza tagħkom.

Sħabna d-dilettanti tan-nar jixtiequ jieħdu din l-opportunità biex juru l-apprezzament tagħhom lejn dawn l-isponsors li mingħajrhom żgur din l-attività ma kinetx tkun possibli:

  • Il-President tas-soċjetà, l-Onor. Tabib Michael Farrugia
  • It-Tabib Christopher Deguara
  • Chikos Pizzeria
  • Charles Agius (Barman)
  • Mamma Mia

Grazzi mill-ġdid!