Attivitajiet

Braġjolata mill-Kummissjoni Żgħażagħ

Il-Kummissjoni Żgħażagħ qed torganizza t-tieni attività soċjali tagħha għal din is-sena. Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Marzu, mit-8.00pm ‘il quddiem, ser issir Braġjolata b’għażla ta’ laħam jew tiġieġ, ġewwa l-bottegin tal-każin. Apparti l-platt ewlieni, ser ikollna għaġin bħala starter u deżerta fl-aħħar – kollox għal donazzjoni ta’ €15.

Wieħed jista’ jirriżerva post kif ukoll l-għażla tal-ikel tiegħu, billi jagħmel kuntatt ma’ wieħed jew waħda mill-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Inħeġġiġkom tattendu ħalli tkomplu tgħinu liż-żgħażagħ tas-soċjetà.