Aħbarijiet

Jum il-Ġimgħa l-Kbira!

Is-soltu bħal-lum, il-Banda Vittorja tkun qed tieħu sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tan-Naxxar, billi takkumpanja b’daqq ta’ marċi funebri, il-vara ta’ Ġuda – waħda mill-aħħar u l-aħjar xogħolijiet tal-Mastru Wistin Camilleri.

Din is-sena iżda, dan ma jistax iseħħ minħabba s-sitwazzjoni preżenti relatata mal-coronavirus COVID-19. Għaldaqstant iktar tard wara nofsinhar bejn il-5.15 p.m. u s-7.15 p.m., ser inkunu qed intellgħu program ta’ Marċi Funebri tal-Banda Vittorja fuq il-paġna ta’ Facebook, bl-isem ta’ ‘Mad-Dawra tal-Purċissjoni‘.