Attivitajiet, Aħbarijiet

Fenkata mill-Kummissjoni Żgħażagħ

Hekk kif bdew jitneħħew diversi restrizzjonijiet mid-Dipartiment tas-Saħħa u s-sitwazzjoni tal-imxijja COVID-19 tidher li qedha taħt kontroll, il-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-soċjetà ser torganizza fenkata quddiem il-każin, nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Lulju mit-8.00 p.m. ‘il quddiem.

Għal min jixtieq, ser ikun hemm ukoll għażla ta’ tiġieġ minflokk fenek. Apparti l-platt ewlieni, ser inqassmu diversi appetizers u deżerta – kollox għal donazzjoni ta’ €15.

Infakkru li waqt din l-attività, ser jiġu osservati l-proċeduri u r-regolamenti hekk kif maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa. Wieħed jista’ jirriżerva post jew l-għażla tal-ikel tiegħu, billi jagħmel kuntatt ma’ wieħed jew waħda mill-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Dakinhar ħa nkunu qed noffru wkoll servizz ta’ take-away u deliveries b’xejn.

Poster – Jake Cachia