Aħbarijiet

Seduta Ġenerali 2020

Wara li ġiet pospostha minħabba l-imxijja tal-COVID-19, is-Seduta Ġenerali ta’ din is-sena ser issir nhar l-Erbgħa l-1 ta’ Lulju fis-7.00 p.m. fis-Sala 8 ta’ Settembru.

Jekk ma jkunx hemm quorum, is-seduta tibda kwarta wara, bil-membri prezenti.

Aġenda

Diskors ta’ ftuħ mill-President
Qari ta’ Minuti
Rapport Amministrattiv u Diskussjoni
Rapport Finanzjarju u Diskussjoni
Ftehim tal-Festa, Korrispondenzi u Diskussjoni
Mozzjonijiet
Għeluq mill-President

Apparti dan kollu, fis-seduta ser jiġu diskussi wkoll proġetti kbar u ambizzjużi fil-każin, fejn ikollna bżonn l-opinjoni u l-għajnuna ta’ kull membru. Għalhekk, billi fis-seduta jingħataw informazzjonijiet importanti u jittieħdu deċiżjonijiet li jorbtu lis-Soċjetà għall-futur, kull membru għandu jkun żgur li ma jonqosx!

Poster – Karl Borg