Attivitajiet, Aħbarijiet

Majjalata b’Serata ta’ Makjetti mid-Dilettanti tan-Nar

Nhar is-Sibt, 1 t’ Awwissu, ser issir attività oħra, din id-darba b’risq il-ħidma tad-dilettanti tan-nar fi ħdan is-soċjetà tagħna. Dakinhar, sħabna tan-nar ser ikunu qed jorganizzaw majjalata ġewwa l-bitħa tal-Oratorju mit-8.00 p.m. ‘il quddiem. L-ikla tinkludi appetizersstarter, platt bil-majjal u l-patata l-forn u deżerta – kollox għal-donazzjoni ta’ €15. Min irid, ser ikun hemm għażla ta’ tiġieġ minflok il-majjal.

Dakinhar, is-serata ser tkun allegra bl-għana u diversi makjetti fejn ser jingħaqdu magħna l-għannejja Etienne, Jimmy u Joe, iċ-ċkejken Lydon Agius u Jimmy Pawney.

Wieħed jista’ jirriżerva post, billi jagħmel kuntatt ma’ wieħed mid-dilettanti tan-nar.

Poster – Karl Borg