Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2020

Festa Virtwali 2020

Wara ħafna qtigħ il-qalb dwar il-festa ta’ din is-sena, xorta ħsibna biex inwasslulkom dak kollu li nistgħu sabiex niċċelebraw festa kif jixraq lil Ommna Marija Bambina.

Wara ħafna sigħat twal ta’ ħidma u preparamenti ser inkunu qegħdin inwasslulkom l-isbaħ mumenti mill-passat, tagħrif dwar l-istorja tal-każin u tan-Naxxar, marċi brijużi mill-arkivju tas-Soċjetà, kif ukoll l-isbaħ mumenti mis-snin riċenti.

Ingħaqdu magħna min-nhar il-Ħamis li ġej. Dawn tkunu tistgħu ssegwuhom fuq il-Facebook Page tas-Soċjetà mill-kumdità ta’ djarkom.

#FestaVirtwali2020 #festabdifferenza