Aħbarijiet, Festa 2020

Grazzi!

F’isem il-President l-Onor. Dr. Michael Farrugia u l-Kumitat Ċentrali nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom għall-festa ta’ din is-sena. Għalkemm festa b’differenza,wieħed ma jistax ma japprezzax lil kull min għamel ħiltu sabiex ikollna festa xierqa ad unur Marija Bambina.

Grazzi lil kull min ta s-sehem tiegħu fil-Festa Virtwali. Għamilna dak kollu possibli biex stajna nwasslu programmi varji u interessanti, sabiex kulħadd jkun jista jgawdi l-festa mill-kumdità ta’ daru. Grazzi lill-mistiedna kollha li aċċettaw li jiġu jaqsmu l-informazzjoni, kif ukoll grazzi lil dawk kollha li segwewna b’mod dirett u anke wara.

Grazzi wkoll tmur lid-dilettanti tan-nar tas-soċjetà tagħna li minkejja r-restrizzjonijiet li affaċċjaw matul is-sena, xorta waħda tellgħu ħarqa kbira u denja li tixraq lill-patruna tagħna.

Grazzi wkoll liż-żgħażagħ li għenu fl-armar tal-lokal u tat-triq. Minkejja li ma saru l-ebda attivitajiet esterni, xorta waħda ħasbu biex joħolqu atmosfera fir-raħal tagħna.

Grazzi wkoll tmur lejn is-Surmast Direttur Roderick Bugeja, l-għalliema u l-mużiċisti tal-Banda Vittorja, li xorta waħda taw is-sehem tagħhom nhar il-festa bid-daqq tal-Innu Marcia Victoria u l-Innu Poplari lil Marija Bambina.

Proset u grazzi kbira lil Kanonku Arċipriet u l-Kapitlu tal-Kolleġġjata u kif ukoll lil dawk kollha li kienu parti miċ-ċelebrazzjonijiet tat-twaqqif tal-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina fin-Naxxar. Kienet festa xierqa li tagħmel unur lil kull Naxxari.

Fl-aħħar u mhux l-inqas GRAZZI lil dawk kollha li resqu ‘l quddiem u tawna d-donazzjonijiet tagħhom. Aħna għaqda volontarja, u żgur li mingħajr is-sosten tagħkom ma nistgħux inkomplu għaddejjin bil-ħidma tagħna fil-kommunità Naxxarija u naħsbu għall-proġġetti ġodda fil-futur.

#festa2020