Attivitajiet, Aħbarijiet

Fenkata Delivery mill-Kummissjoni Żgħażagħ

Nhar is-Sibt 21 ta’ Novembru, ser tiġi organizzata fenkata miż-żgħażagħ tas-soċjetà, fejn l-ikel kollu ser jiġi mqassam by delivery fid-djar, skond il-miżuri mposti mid-Dipartiment tas-Saħħa u s-sitwazzjoni preżenti.

Min jixtieq, ser ikun hemm ukoll tiġieġ flokk fenek. Għal donazzjoni ta’ €15, ser jitqassmu wkoll deżerta u soft drink. Ser ikun hemm ukoll għażla ta’ Burger għal donazzjoni ta’ €10.

Wieħed jista’ jagħmel l-ordni tiegħu, billi jagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-Kummissjoni Żgħażagħ jew inkella direttament ma Sarah Agius fuq 99282476. Inħeġġukom tieħdu sehem f’din l-attività, sabiex inkomplu ngħinu liż-żgħażagħ u l-futur tas-soċjetà f’din is-sena hekk diffiċli!

Poster – Jake Cachia