Attivitajiet

Pizza Night by Delivery mid-Dilettanti Tan-Nar

Nhar is-Sibt 27 ta’ Frar, id-dilettanti tan-nar tas-soċjetà tagħna ser jorganizzaw Pizza Night by Delivery mill-Każin Vittorja. Minħabba ċ-ċirkostanzi preżenti, ser inkunu qed noffru l-ikel bid-delivery biss mis-7.00 p.m. ‘il quddiem.

Għal donazzjoni ta’ €13 biss, apparti l-pizza ser jingħata wkoll soft drink kif ukoll deżerta. Bħad-darba l-oħra, ser ikollna wkoll offerta li ma’ 3 pizez, tingħata Pizza Margherita b’xejn.

Pizez ser ikun hemm:

  • BBQ Chicken
  • Pepperoni
  • Quatro Stagioni
  • Margherita

Wieħed jista’ jagħmel l-order tiegħu, billi jagħmel kuntatt ma’ wieħed mid-dilettanti tan-nar jew inkella ma Johann Cortis fuq 99256338.

Poster – Karl Borg