Attivitajiet

Seduta Ġenerali 2021

Il-Kumitat Ċentrali jixtieq javża lil membri li s-Seduta Ġenerali ta’ din is-sena ser issir nhar il-Ħadd 14 ta’ Marzu fl-10.00 a.m. Minħabba l-proġetti u x-xogħlijiet li għaddejin bħalissa fis-sede tas-soċjetà, is-seduta ser issir fl-Oratorju tan-Naxxar.

Jekk ma jkunx hemm quorum, is-seduta tibda kwarta wara, bil-membri prezenti.

Aġenda

Diskors ta’ ftuħ mill-President
Qari ta’ Minuti
Rapport Amministrattiv
Rapport Finanzjarju
Tgħarif dwar il-Proġett Maġġuri u xogħlijiet oħra
Ħatra ta’ Kumitat Ġdid
Mozzjonijiet
Għeluq mill-President

Applikazzjonijiet għan-nominazzjonijiet għall-Karigi fil-Kumitat Ċentrali jistgħu jidħlu sas-7 ta’ Marzu u jistgħu jitniżżlu minn hawn.

Billi fis-seduta jingħataw informazzjonijiet importanti u jittieħdu deċiżjonijiet li jorbtu lis-Soċjetà għall-futur, kull membru għandu jkun żgur li ma jonqosx!

Poster – Karl Borg