Aħbarijiet

Jiġġedded il-Kumitat għas-snin li ġejjin

Waqt is-Seduta Ġenerali Annwali li saret ilbieraħ, ġie maħtur Kumitat ġdid li ser iservi matul is-snin 2021-2023.

F’dan il-Kumitat qed naraw żewġt uċuħ ġodda li għalkemm sabu posthom għall-ewwel darba fil-Kumitat, ilhom snin jagħtu sehemhom fis-socjetà.

Apparti dan, nixtiequ nirringrazzjaw mill-qalb lil John Paul Muscat li minħabba raġunijiet personali, ma tefax in-nomina tiegħu. Għal dawn l-aħħar sentejn John Paul kien qed jokkupa l-kariga t’Assistent Segretarju fejn għamel xogħol utli ħafna fi ħdan il-Kumitat. Minkejja li issa ma għadux fil-Kumitat, xorta waħda nafu li l-għajnuna tiegħu ħa tibqa u ta’ dan nirringrazzjawh mill-ġdid.

Peress li kien hemm nomina żejda għal membri fil-Kumitat, kella ssir elezzjoni. Ġiet imressqa mozzjoni biex fiż-żmien li s-soċjetà għandha bżonn l-għajnuna, jiġu aċċettati n-nomini kollha u b’hekk il-Kumitat jiżdied b’membru ieħor. Din il-mozzjoni ġiet aċċettata b’maġġoranza mill-membri preżenti.

Minn hawn għalhekk, nixtiequ nifirħu lil Carlos Barbara u lil Brandon Agius Zammit li issa huma parti mill-Kumitat Ċentrali tas-soċjetà, u li żgur ser ikunu qed jagħtu sehemhom mill-qalb għall-ewwel darba fil-Kumitat. Awguri mill-ġdid!

Fil-jiem li ġejjin, wara li jiltaqa’ għall-ewwel darba l-kumitat l-ġdid, jiġu mqassma l-irwoli hekk kif ikun l-aħjar għas-soċjetà.

No description available.