Attivitajiet, Aħbarijiet

Fenkata mill-Kummissjoni Żgħażagħ

Nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ Novembru ser tiġi organizzata fenkata miż-żgħażagħ tas-soċjetà. Il-postijiet ġewwa l-bottegin tal-każin huma limitati b’hekk min irid l-ikel ser ikun qed jiġi mqassam by delivery fid-djar jew inkella by take-away ukoll.

Min jixtieq, ser ikun hemm ukoll tiġieġ flokk fenek. Donazzjoni ta’ €15 tinkludi wkoll għaġin biz-zalza tal-fenek bħala starter u deżerta. Ser ikun hemm ukoll l-għażla ta’ Burger għal donazzjoni ta’ €10.

Wieħed jista’ jagħmel l-ordni tiegħu, billi jagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-Kummissjoni Żgħażagħ jew inkella direttament ma’ Sarah Agius fuq 99282476.

Poster – Jake Cachia