Attivitajiet, Aħbarijiet

Grill Delivery Night mill-Kummissjoni Żgħażagħ

Nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Jannar, il-Kummissjoni Żgħażagħ ser torganizza għal darb’oħra Grill Delivery Night. F’din l-attività, ser ikun hemm għażla ta’ burgers, nuggets, hotdog jew inkella mozzarella sticks minn fejn wieħed jista’ jagħżel. Wieħed jista’ jsib il-menu dettaljat iktar ‘l isfel.

Inwegħdukom li l-miżuri u l-prekawzjonijiet kollha dejjem qed jittieħdu u ser ikomplu jittieħdu!

Wieħed jista’ jagħmel l-ordni tiegħu, billi jagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-Kummissjoni Żgħażagħ jew inkella direttament ma’ Sarah Agius fuq 99282476. Nirringrazzjawkom għall-għajnuna u s-sostenn li dejjem sibna minn għandkom.

Poster – Jake Cachia