Attivitajiet

Braġjolata mill-Kummissjoni Żgħażagħ

Il-Kummissjoni Żgħażagħ qed torganizza t-tieni attività soċjali tagħha għal din is-sena. Nhar is-Sibt 19 ta’ Marzu, ser issir Braġjolata ġewwa l-bottegin tal-każin, b’għażla ta’ ċanga, tiġieġ jew majjal. Apparti l-platt ewlieni, ser ikollna għaġin bħala starter u deżerta fl-aħħar – kollox għal donazzjoni ta’ €15.

Wieħed jista’ jirriżerva post kif ukoll l-għażla tal-ikel tiegħu, billi jagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-Kummissjoni Żgħażagħ jew inkella direttament ma’ Sarah Agius fuq 99282476. Inħeġġiġkom tattendu ħalli tkomplu tgħinu liż-żgħażagħ tas-soċjetà.

Poster – Jake Cachia