Aġġornamenti Diretti: Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira 2019

Għal sena oħra f’jum il-Ġimgħa l-Kbira, l-Banda Vittorja qed terġa’ tati s-sehem tagħha f’dan il-jum solenni. Il-banda ser tkun qed takkumpanja l-funzjoni tal-purċissjoni billi ddoqq għadd ta’ marċi funebri madwar it-toroq tan-Naxxar. Il-banda tkun qed timxi quddiem il-vara ta’ Ġuda, waħda mill-aħħar u l-aħjar xogħolijiet tal-Mastru Wistin Camilleri.

Komplu segwu dan l-artiklu matul il-ħin, għall-aġġornamenti diretti.


[17:15] – Il-Banda Vittorja tibda ddoqq l-ewwel marċ funebri minn quddiem il-każin.

[17:25] – Il-wasla tal-banda fil-pjazza.

[17:30] – Il-banda ssib postha fil-pjazza.

[17:50] – Il-banda ssib postha quddiem il-vara ta’ Ġuda u tibda miexja mal-purċissjoni.

[18:30] – Il-banda tasal quddiem il-Kappella tal-Kunċizzjoni.

[20:00] – Il-banda tasal quddiem il-każin.

[20:20] – Il-banda terġa tieħu postha fil-pjazza għall-aħħar parti tas-servizz.

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top