Hekk kif bħalissa għaddejien l-aħħar preparamenti għal-ewwel Master Classes f’sensiela ta sebgħa li qed jiġu organizzati konguntament bejn is-Soċjeta tagħna u dik tas- Soċjeta Filarmonika Pinto tal- Ħal Qormi, il-Kummissjoni Żġħażagħ għaddjien bl-aħħar preparmaneti għal-ikla ta nhar il-Ġimgħa. Ġimgħa eżatt wara ikun imiss il-program tant mistenni, Talent Żagħżugħ. Il-ħidma bi preparazzjoni għal dan il-program hija waħda intensiva għax-xogħol kemm mużikali kif ukoll artistiku biex jitellgħa dan ix-xow.
Matul is-sibtijiet ta’ Novembru jkunu għadejien il-Master classes li diġa aċċenajna f’dan l-artiklu. Madanakollu, matul Novembru ser ikunu qed jinġabru l’applikazzjonijiet għal kompetizzjoni tal-prespji, bil-wirja tkun miftuħa bejn it-13ta’ Diċembru u t-3 ta’ Jannar.
Fid-19 u 20 ta’ Diċembru ser issib il-qofol tiegħu l-proġett konġunt bejn is-Soċjeta tagħna u dik tas- Soċjeta Filarmonika Pinto tal- Ħal Qormi, fejn ser jiġi imtellgħa program mużikali li ser jindaqq fiż-żewġ lokalitajiet rispettivi tas-soċjetajiet. Aktar informazzjoni ser tingħata aktar il-quddiem.
Attivitajiet oħra għal-żmien il-Milied fosthom il-mawra li l-banda tagħna tagħmel ġewwa id-dar tax-xjuħ u oħrajn.
Attivita oħra li ser issir għal-ewwel darba organizzata mis-soċjeta’ ija Century Voices, festival tal-kant tat-tfal, fejn aktar informazzjoni ser tingħata il-quddiem. Segwu ukoll il-paġna ta’ facebook
Komplu segwu dan is-sit għal aktar aġġornamenti u aħbarijiet relatati mas-Soċjeta tagħna.