Akkademja Muzikali…. memorabbli!

Hekk kif ghadha kif spiccat l’akkkademja muzikali gewwa il-knisja arcipretali tan-Naxxar, ma hemm xejn xi tghid hlief … esekuzzjoni impekabbli, li tghat il- banda flimkien mal kor “Coro Bel Canto” , is-sopran Clare Caruana, it-tenur Charles Vincenti, il-baritonu Ivan Vella u ic-ckejkna Kacey Azzopardi taht id-direzzjoni tas-surmast taghna Roderick Bugeja.

Serata fejn zgur mesghet il-qalb ta kull Naxxari li kien prezenti, u zgur li tghat bidu spettakolari lil festa taghna hekk kif ghada ikolna l- hrug min-nicca u b hekk jinghata bidu xieraq ghal-festa ohra kbira ghad unur il-patruna taghna Marija Bambina.

Zgur li llejla ser titnizel b’ittra kbar tad-deheb fl istorja zaghzugha tas-socjeta hekk kif qeghdin niccelebraw il-25 sena mit-twaqqif taghha.

image

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top